Monday, September 23, 2024

Romelu Lukaku qed ikompli jirkupra sew

Aqra wkoll

Hekk kif Romelu Lukaku jinsab fl-iskwadra ta’ Inter li se jaffrontaw lil Sampdoria llejla fi Stadio San Siro, il-kowċ Simone Inzaghi mistenni jibdih minn fuq il-bank tas-sostituti u eventwalment idaħħlu f’xi ħin fil-partita. L-istess sitwazzjoni mistennija sseħħ fil-logħba mill-UEFA Champions League kontra Bayern Munich bit-tama li jkun lest għal sfidi l-iktar importanti, waħda fuq kollox il-logħba fi tmiem il-ġimgħa li ġejja kontra Juventus fl-Allianz Stadium.

Fuq kollox, Big Rom, kif inhu mlaqqam irid ikun lest għall-fażi finali tat-tazza tad-dinja li se tintlagħab fil-Qatar f’nofs ix-xahar id-dieħel.

Sport