Thursday, August 21, 2025

Romelu Lukaku se jdum barra mill-azzjoni erba’ xhur

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Belġjan ta’ Napoli, Romelu Lukaku, se jdum barra mill-azzjoni għall-erba’ xhur li ġejjin hekk kif qed jirkupra minn injury mus­kolari f’koxxtu. 

L-aħbar it-tajba hija li m’għandux bżonn li jiġi operat iżda l-injury xorta waħda hija meqjusa bħala waħda serja hekk kif ċarrat muskolu fil-partita ta’ ħbiberija kontra Olympiakos li ntlagħbet fl-14 ta’ dan ix-xahar.

L-attakkant ta’ 32 sena se jitħalla barra mill-iskwadra għall-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League.

Barra minn hekk, issa Napoli jridu jħaffu biex jixtru attakkant sal-1 ta’ Settembru li ġej. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport