Friday, November 15, 2024

Ronald Araujo b’kuntratt ġdid ma’ Barcelona sa Ġunju 2026

Aqra wkoll

Il-kuntratt il-ġdid ta’ Ronald Araujo ma’ Barcelona se jdum sa Ġunju 2026 u se jinkludi klawsola ta’ release ta’ €1 biljun.

Il-futur tad-difensur ċentrali kien is-suġġett ta’ ħafna spekulazzjonijiet fl-aħħar xhur, b’Manchester United, Manchester City u Chelsea kollha qalu li huma ħerqana li jġibuh fil-Premier League.

Madankollu, Barcelona kellhom avvanz fit-taħditiet kuntrattwali mal-internazzjonali Urugwajan aktar kmieni dan ix-xahar, u huwa maħsub li ntlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet.

Huwa mifhum li l-ftehim ġdid ta’ Araujo fil-Camp Nou se jibqa’ għaddej sa Ġunju 2026, filwaqt li se jkun hemm klawsola ta’ release ta’ €1bn.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena kien player vitali għat-team ta’ Xavi matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 38 dehra, u skorja erba’ goals fil-proċess.

Araujo weġġa’ fl-irkoppa fil-konfront tal-La Liga ta’ nhar il-Ħamis ma’ Real Sociedad, madankollu, bil-player mill-Amerika t’Isfel issa qed jiffaċċja perjodu barra mill-azzjoni.

Id-difensur għamel 77 dehra mal-ewwel team ta’ Barcelona minn mindu ngħaqad mal-Katalani fl-2018.

Ekonomija

Sport