Chelsea jistgħu jidħlu f’taqtiegħa ma’ Manchester United għall-firma tad-difensur ċentrali ta’ Barcelona, Ronald Araujo, matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.
L-internazzjonali Urugwajan kien f’forma impressjonanti għall-club Katalan tiegħu dan l-istaġun, fejn għamel 25 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u Manchester United jingħad li huma ħerqana li jiffirmawh fis-sajf li ġej.
Ir-Red Devils kienu offrew lid-difensur ċentrali kuntratt li jiswa £8.4m fis-sena biex imur jilgħab f’Old Trafford qabel l-istaġun li ġej.
Madankollu, Chelsea jinsabu wkoll fit-tellieqa għall-akkwist potenzjali tal-player ta’ 22 sena, bil-Blues jarawh bħala ‘mira serja ta’ trasferiment’ fis-sajf li ġej.
Araujo daħal fl-aħħar 18-il xahar tal-kuntratt tiegħu fil-Camp Nou, u Barcelona qed jingħad li qed isibuha diffiċli biex jaqblu dwar estensjoni mad-difensur.
Il-player mill-Amerika t’Isfel skorja ħames goals u rreġistra assist wieħed f’64 dehra għall-club tiegħu tal-La Liga minn meta ngħaqad magħhom mingħand Boston River fl-2018.