Manchester United qed jippreparaw biex jissottomettu ‘offerta ta’ trasferiment sostanzjali’ għal Ronald Araujo ta’ Barcelona.
Il-futur tal-internazzjonali Urugwajan bħalissa huwa suġġett ta’ ħafna spekulazzjonijiet, hekk kif il-kuntratt tiegħu fil-Camp Nou mistenni jiskadi f’Ġunju tal-2023, u l-ġganti Katalani qed ibatu biex jiffirma estensjoni fil-kuntratt.
Il-coach ta’ Barcelona Xavi qal li t-team tiegħu ‘ma jiflaħx’ li jitlef lid-difensur ċentrali, li wkoll kien marbut ma’ Chelsea, Manchester City u Liverpool.
Manchester United qed iħejju biex iniedu ‘offerta ta’ trasferiment għoli’ għall-player ta’ 23 sena bit-tama li jassiguraw is-servizzi tiegħu matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Huwa mifhum li din il-ġimgħa se tkun ‘strumentali’ fejn jidħol il-futur tal-player mill-Amerika t’Isfel, hekk kif Barcelona se jżidu l-isforzi tagħhom biex jikkonvinċuh jiffirma estensjoni tal-kuntratt.
It-team immexxi minn Xavi se jikkunsidra li jbigħ lil Araujo dan is-sajf jekk ma jiffirmax ftehim ġdid fil-ġimgħat li ġejjin, madankollu, bil-club jibża’ li jitilfu bi free transfer fl-2023.
Id-difensur kien player ewlieni għal Barcelona dan l-istaġun, u għamel 33 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja erba’ goals fil-proċess.