Friday, November 1, 2024

Ronald Araujo viċin li jġedded ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Barcelona, Ronald Araujo, jinsab ferm viċin li jiffirma kuntratt ġdid fit-tul mal-club Katalan.

Il-player ta’ 23 sena kien player importanti għall-ġganti Katalani dan l-istaġun, fejn skorja erba’ goals f’36 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Peress li l-internazzjonali Urugwajan fadallu inqas minn 15-il xahar fil-ftehim attwali tiegħu fil-Camp Nou, il-futur fit-tul tad-difensur fil-club tpoġġa f’dubju.

Madankollu, huwa mifhum li d-difensur jista’ jiffirma kuntratt ġdid ma’ Barcelona fil-“jiem li ġejjin”.

Barcelona issa qegħdin fil-proċess li jippreparaw il-burokrazija meħtieġa biex l-Arujo jiffirma l-ftehim il-ġdid tiegħu sa Ġunju 2026, li se jinkludi klawsola ta’ release ta’ €1 biljun.

Barra minn hekk, Barcelona qed jaħdmu wkoll fuq l-‘aħħar dettalji’ biex jestendu l-kuntratt tal-player Gavi li għad għandu biss 17-il sena.

Il-coach ta’ Barcelona, Xavi, żvela matul il-ġimgħa li għaddiet li Araujo kien iddeċieda li jimpenja l-futur tiegħu mal-club, minkejja interess rappurtat minn Chelsea, Liverpool, Manchester City u Manchester United.

Sport