Friday, September 13, 2024

Ronald Koeman irid lil Donny van de Beek ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Barcelona Ronald Koeman jinsab ħerqan li jerġa’ jingħaqad ma’ Donny van de Beek fil-Katalunja.

Il-midfielder qed ikompli jissielet għall-ħin tal-logħob ma’ Manchester United u jidher li se jkun qed item l-esperjenza tiegħu f’Old Trafford wara sena biss fil-Premier League.

Barcelona qed jittamaw li jsaħħu l-għażliet tagħhom fl-iskwadra matul it-tieqa tat-trasferiment tax-xitwa, u Koeman jaf sew lil Van de Beek miż-żmien tagħhom mat-team nazzjonali Olandiż.

Koeman huwa konxju mill-isfidi ta’ Van de Beek ma’ Man United u huwa lest li joffrilu kuntratt ma’ Barcelona f’Jannar.

Madankollu, Ole Gunnar Solskjaer huwa ħerqan li jħalli lil Van de Beek jitlaq f’nofs l-istaġun, minkejja l-fatt li ż-żagħżugħ ta’ 24 sena lagħab biss sitt minuti fil-Premier League dan l-istaġun.

Everton ukoll jisnabu interessati f’Van de Beek, li l-ftehim tiegħu f’Old Trafford  jiskadi fl-2025.

Ekonomija

Sport