Friday, September 6, 2024

Ronald Mizzi jirriżenja minn Segretarju Permanenti

Aqra wkoll

Is-Sa Nancy Caruana se tibda sservi fil-kariga ta’ Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi. Bħalissa hi qed tokkupa l-kariga ta’ Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u s-settur tal-Volontarjat liema rwol se jkun qed jassumih is-Segretarju Permanenti s-Sur Mark Musu b’żieda mal-irwol li għandu llum. 

Dawn il-ħatriet saru wara li l-Uffiċċju tas-Segretarju Permamenti Ewlieni rċieva r-riżenja tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi s-Sur Ronald Mizzi. Fl-ittra tiegħu s-Sur Mizzi tenna li huwa fiduċjuż li fil-Qorti se joħorġu fatti li jiskulpawh, iżda jemmen li f’dan il-mument, din hija l-iktar għażla personali li tagħmel sens u li tirrispetta lill-amministrazzjoni pubblika.

Is-Sa Nancy Caruana, diġà għandha esperjenza fl-Ekonomija u serviet bħala Segretarju Permanenti f’dan il-Ministeru għal tmien snin bejn l-2014 u l-2022.

Ekonomija

Sport