L-istilla Portugiża Cristiano Ronaldo jista’ jispiċċa fl-inkwiet hekk kif naqas milli jħallas is-somma ta’ €50,000 fi trattamenti ta’ botox u fillers. Kien it-tabib Roshan Ravindran li allega li meta Ronaldo kien qed jilgħab ma’ Manchester United bejn l-2021 u l-2022 hu ġie bżonnu għal xi trattamenti biex jidher iżgħar iżda baqa’ qatt ma tħallas tas-servizz li tah.
It-tabib Ravindran qal li għaddejjin kwistjonijiet legali sabiex tinstab soluzzjoni u fuq kollox jingħata l-flus li ħaqqu.