L-attakkant veteran mill-Portugall Cristiano Ronaldo qal li kien jixtieq jagħlaq id-dibattitu dwar il-futur tiegħu fil-livell tal-klabb, fejn qal li hu lest biex jestendi l-perjodu tiegħu ma’ Al-Nassr. Hu wiegħed li se jibqa’ f’Riyadh u spjega li għalkemm huwa qrib tmiem il-karriera tiegħu, irid jieħu pjaċir f’kull mument li fadallu jilgħab fl-isport li tant iħobb.
Ronaldo żied li jekk ma jiġri xejn serju fejn għandu x’jaqsam il-fiżika tiegħu, huwa se jkompli jilgħab. Dan qal wara li ħa t-trofew tal-UEFA Nations League bħala captain tal-Portugall.