Kif inhu fatt magħruf, Plymouth Argyle qed jiġġieldu biex ma jaqgħux minn The Championship Ingliż. Huwa għalhekk li l-kowċ il-ġdid Wayne Rooney jixtieq li jsaħħaħ it-tim speċjalment f’Jannar meta jiftaħ is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa.
Rooney qal li wieħed mill-objettivi li għandu bħala kowċ hu li jsalva dan it-tim mir-relegazzjoni. Hu sostna li għandu ambizzjonijiet kbar għal dan it-tim fil-futur iżda l-ewwel trid tasal pożizzjoni komda fi tmiem l-istaġun.
Attwalment, Plymouth Argyle jinsabu fit-23 post tal-klassifika bi 17-il punt minn 20 logħba, punt biss bogħod miż-żona salvazzjoni.