Wara suċċessi bil-kanzunetti Paradoss, Whistleblower u Tell Me That It’s Over fost l-oħrajn, Haley tirritorna permezz ta’ kanzunetta ġdida li tkompli tikkonferma l-vuċi u l-istil uniku tagħha. Roses & Thorns issa hija disponibbli fuq il-pjattaformi ewlenin kollha, flimkien ma’ lyric video li jista’ jiġi segwit fuq YouTube u l-midja soċjali tagħha.
Roses & Thorns li ġiet miktuba proprju minn Gerard James Borg u Matthew James Borg, tistħarreġ il-mument sieket meta relazzjoni tibda tixxellef – mhux bi drama żejda jew b’konfront iebes, imma b’qsim il-qalb fis-silenzju. Din hija kanzunetta titkellem b’sinċerità.
Il-produzzjoni minimalista tagħha tħalli lok għas-sentimenti biex jiġu espressi b’mod ċar u ġenwin.

“Ma kinitx diffiċli biex ninterpretaha,” qalet Haley. “Tħalliet tikber waħedha. Kemm il-kliem kif ukoll il-mużika kellhom it-ton perfett – ċar, emozzjonanti, imma mhux imqanqla żżejjed.”
Il-kompożitur Matthew James Borg irrimarka: “Żammejna kollox reali. Haley kienet taf eżattament x’tip ta’ vuċi għandha tagħti lil kanzunetta. Kollox ħareġ b’mod naturali – bla sforz, imma b’ħafna tifsira” Roses & Thorns issa tinsab uffiċċjalment ppubblikata.