Monday, May 13, 2024

Rosianne Cutajar b’libell kontra Mark Camilleri

Aqra wkoll

Il-Membru Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar dalgħodu fetħet kawża ta’ libell kontra Mark Camilleri.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, hija qalet li għamlet dan wara li fis-sigħat li għaddew, b’kitbietu għamel dikjarazzjonijiet “malafamanti” fil-konfront tagħha. 

Cutajar qalet: “Mhux se nħalli min jipprova jikseb popolarità b’kitbietu a skapitu tal-integrità tiegħi. Bħal kulħadd, jiena umana u għandi familja.”

Hija rringrazzjat lil dawk kollha li qed juruha appoġġ kontinwu kontra dak li sejħet bħala “akkaniment aggressiv” kontriha li qalet li issa ilu għaddej għal aktar minn sena sħiħa.

Sport