Friday, October 17, 2025

Rosianne Cutajar eletta bħala membru fl-eżekuttiv ta’ PES Women

Aqra wkoll

Id-deputat Laburista Rosianne Cutajar ġiet eletta bħala membru fl-eżekuttiv ta’ PES Women.  Cutajar inħatret f’elezzjoni waqt il-Kungress tal-Partit tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi Ewropej (PES) li qed isir bħalissa f’Amsterdam.  

B’reazzjoni, id-deputat Cutajar qalet li se tuża l-esperjenza politika tagħha f’Malta biex timbotta l-prinċipji tal-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza f’livell Ewropew.  Żiedet tgħid li tixtieq tagħti kontribut biex iċ-ċittadini jkollhom iċ-ċans isemmgħu leħinhom u tara futur aħjar b’titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Rosianne Cutajar spjegat li bil-ħidma tagħha fl-eżekuttiv ta’ PES Women se tara li n-nisa jsaħħu l-vuċi u jżidu l-kontribut fil-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet bi rwol fil-qalba tal-moviment soċjalista Ewropew.

Rosianne Cutajar bdiet il-karriera politika tagħha fl-2012 bħala Sindku ta’ Ħal Qormi.  Fl-2017 ġiet eletta fil-Parlament u serviet bħala Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi.  

Din hija t-tieni darba li l-Partit Laburista huwa rappreżentat fl-eżekuttiv ta’ PES Women, bl-ewwel li kienet eletta bħala membru hija Claudette Abela Baldacchino, rwol li damet fih mill-2008 u l-2014.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport