Saturday, October 26, 2024

Rosianne Cutajar tgħid li dejjem aġixxiet b’mod korrett

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar f’kumment fuq il-midja soċjali qalet li dejjem aġixxiet b’mod korrett. Hija qalet dan wara li ġew ippubblikati rapporti li qali li Cutajar kellha rwol biex jintlaħaq ftehim dwar bejgħ ta’ proprjetà lil Yorgen Fenech, għal liema rwol hija tħallset €46,500.

Ir-rapporti jgħidu li l-ftehim għall-bejgħ tal-proprjetà fl-Imdina ntlaħaq f’Mejju tal-2019, b’Cutajar u persuna oħrajn, Charles Farrugia, it-tnejn jirċievu €46,500 fi ħlas ta’ senserija talli qabbdu lill-bejjiegħ ma’ Fenech.

Fenech kien arrestat ftit tax-xhur wara b’rabta mal-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, u li dwaru għaddejjin proċeduri fil-Qorti. Proprju minħabba dan il-każ il-bejgħ tal-propretà qatt ma kien finalizzat.

Il-bejjiegħ tal-proprjetà issa qed jitlob li Cutajar u Farrugia jroddu lura l-flus tas-senserija.

Intant fil-kumment tagħha fuq il-midja soċjali, Cutajar ippubblikat ukoll ittra legali mibgħuta lill-bejjiegħ tal-proprjetà fejn fiha dan tal-aħħar kien informat li hija kienet estranea għall-kwistjoni.

Sport