Friday, November 15, 2024

Rosianne Cutajar tirriżenja mill-Grupp Parlamentari tal-PL

Aqra wkoll

Id-deputat Rosianne Cutajar mhux se tibqa’ tifforma parti mill-grupp parlamentari tal-Partit Laburista. 

Dan tħabbar fi stqarrija li ħareġ il-Partit Laburista ftit tal-ħin ilu.

Rosianne Cutajar illum kitbet lill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, biex tinfurmah b’din id-deċiżjoni. Hija qalet li se tibqa’ fil-Parlament bħala deputat indipendenti.

Fl-ittra ta’ riżenja Rosianne Cutajar filwaqt li nformat lill-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista bid-deċiżjoni tagħha qalet li din id-deċiżjoni qed teħodha b’serenità, iżda fl-istess waqt bi swied ta’ qalb hekk kif “għalija l-Partit Laburista kien it-tieni familja tiegħi għal dawn l-aħħar 13-il sena.”

Hi qalet li se tkun qiegħda tieħu ħsieb saħħitha, il-familja l-ġdida tagħha u wkoll timraħ iżjed fuq il-livell professjonali.

Intant ftit tal-minuti wara li l-Partit Laburista ħabbar ir-riżenja, Rosianne Cutajar tellgħet messaġġ fuq Facebook li tista’ tarah hawn taħt.

Ekonomija

Sport