Wednesday, November 27, 2024

Rosianne Cutajar tissuġġerixxi li l-bolla mħallsa wara ż-żwieġ titħallas f’isem it-tnejn

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Rigward il-budget 2022 ippreżentat it-Tnejn li għadda, Cutajar qalet li qiegħed ikompli jagħti dinjità lill-mara. Tkellmet dwar il-miżura tal-pensjonijiet tar-Romol. F’pajjiżna hawn ġenerazzjonijiet li qatt ma kienu fid-dinja tax-xogħol, jew kienu fid-dinja tax-xogħol għal perjodu qasir sakemm iżżewġu. Cutajar qalet li dan mhuwiex riżultat ta’ għażż, iżda sforz il-mentalità, l-istigma u l-isterjotipi li s-soċjetà matul is-snin poġġiet fl-imħuħ tan-nies. Cutajar qalet li dik is-sitwazzjoni ħalliet sitwazzjoni diffiċli ħafna fuq il-mara.

Hija qalet li l-miżura mħabbra dwar il-pensjoni tar-romol tagħti dinjità lil dawn in-nisa. Hija żiedet tgħid li bħala Deputat Laburista se tibqa’ taħdem biex il-mara temanċipa ruħha għax dik hija l-Malta li tixtieq li tħalli lil uliedna. 

Tkellmet dwar nisa li jisseparaw f’età avvanzata, nisa li ħafna drabi ssagrifikaw id-dehra u s-saħħa tagħhom biex jagħtu prijorità lill-familja. Hawnhekk tat l-eżempju ta’ din il-mara li fl-età ngħidu aħna dik ta’ 50 sena, żewġha jagħżel li jtemm ir-relazzjoni u b’hekk din il-mara tispiċċa f’sitwazzjoni fejn diffiċli terġa’ tintegra fid-dinja tax-xogħol.

Hija ssuġġerixxiet li l-bolla li titħallas fiż-żwieġ, anke jekk ħafna drabi titħallas mir-raġel, għandha tibda titħallas f’isem it-tnejn.

Cutajar temmet tappella lin-nisa biex jagħtu l-kontribut tagħhom fid-dinja tax-xogħol u dan mhux biss għall-istatistika, iżda għaliex dan il-pajjiż għandu bżonn dan il-kontribut mhux biss biex ikattar il-politika tiegħu, iżda anke f’kull settur ieħor.

Sport