Arsenal mistennija jaħtru lil Tomas Rosicky bħala d-direttur sportiv il-ġdid tagħhom sabiex jieħu post Edu Gaspar.
Rosicky, li llum hu plejer irtirat u għandu 44 sena, kien parti mit-tim tal-Gunners bejn l-2006 u l-2016 filwaqt li hu meqjus bħala idolu fost il-partitarji tal-Gunners. Hu lagħab 170 logħba magħhom u skorja 19-il gowl.
Rosicky hu l-kandidat prinċipali li jieħu dan ir-rwol u jinsab ħerqan biex jirritorna fl-Emirates Stadium.