RSM Malta qalet li tinsab kburija li tista’ tħabbar li issa hija sieħba ta’ Shark Tank Malta. Ir-reality show rebbieħ ta’ diversi Emmy® Award b’tema intraprenditorjali li ta spinta lill-intraprenditorija madwar id-dinja kollha wasal f’Malta wkoll u t-tim ta’ RSM Malta qal li jinsab sodisfatt li qed jappoġġjah.
RSM Malta, imwaqqfa fl-2005, fost l-oħrajn għandha l-passjoni li tgħin lill-intrapriżi, inklużi negozji ġodda. Sostniet li l-appoġġ tagħha f’Shark Tank u l-kontestanti ta’ din is-sena jaqbel perfettament mal-għan ta’ RSM Malta, li huwa dak li tgħin biex l-ideat tan-negozji jirnexxu.
Dan il-programm se jkun qed jintwera fuq Television Malta u fih l-intraprendituri li qed jikkontestaw iridu jippruvaw jikkonvinċu lix-“Sharks”, li huma nies li għandhom il-fondi u li huma parti mid-dinja tan-negozju, biex jagħtuhom il-fondi neċessarji biex ibiddlu l-ħolm tagħhom f’realtà.
Il-Managing Partner George Gregory qal li d-deċiżjoni, li jappoġġjaw lil Shark Tark, huwa meqjus bħala l-pass perfett li kien miss għat-tkabbir tad-ditta. “Li nissieħbu ma’ Shark Tank f’Malta ħassejtha bħala l-pass naturali li għandna nieħdu sabiex inkomplu nikkontribwixxu għas-suċċess tal-intraprenditorija lokali.”
Mark Grech, Ko-fundatur ta’ Greatt Entertainment Group, osserva l-fatt li RSM Malta tifhem bis-sħiħ ix-xogħol li jmur biex jinbeda negozju, u għalhekk ħassew li huma tajbin għat-tnedija tal-marka f’Malta.