Tuesday, October 22, 2024

Ruben Amorim bejn Man City u Man Utd

Aqra wkoll

Iż-żewġ timijiet ta’ Manchester qed isaqsu iktar dwar il-kowċ Portugiż ta’ Sporting Lisbon Ruben Amorim. Dan tal-aħħar jista’ jieħu post Pep Guardiola (Manchester City) jew Erik Ten Hag (Manchester United) f’rivoluzzjoni li mistennija sseħħ fl-istaġun li għadda.

Guardiola se jkun bla kuntratt wara Ġunju 2025 filwaqt li Ten Hag dejjem għandu postu mdendel wara wirjiet mhux daqstant pożittivi li qed ikollhom Manchester United.

Amorim għandu 39 sena u mexxa wkoll lil Casa Pia u Braga fil-passat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport