Il-kowċ ta’ Manchester United, Ruben Amorim, jingħad li hu ammiratur kbir tal-internazzjonali Ingliż Adam Wharton. Skont ir-rapport, il-Portugiż innota l-ħila tal-midfielder ta’ 21 sena li hu meqjus bħala plejer f’nofs il-grawnd effettiv u li saħħar lill-partitarji ta’ Crystal Palace.
Fil-fatt sa minn meta ngħaqad mal-Eagles fl-2024 mingħand Blackburn Rovers, Wharton stabbilixxa ruħu malajr bħala wieħed mill-aqwa midfielders tal-Premier League, u kellu sehem kruċjali fir-rebħ tal-FA Cup u l-Community Shield, l-ewwel żewġ trofej fl-istorja tal-klabb.