Newcastle qed jikkunsidraw trasferiment b’self għal Ruben Neves biex jimla l-vojt li ħalla Sandro Tonali li ġie sospiż 10 xhur wara li ammetta li lagħab imħatri fuq il-football fejn kienu nvoluti l-eks timijiet tiegħu, Milan u Brescia, minkejja li lagħab fuqhom li jirbħu.
Għalhekk qed jissemma’ l-eks midfielder ta’ Wolves li bħalissa jinsab mat-team tal-Arabja Sawdija, Al Hilal, li huma proprjetà tal-Public Investment Fund (PIF), li għandhom ukoll sehem ta’ kontroll fi Newcastle. Qed jissemmew ukoll Kalvin Phillips ta’ Manchester City u N’Golo Kante ta’ Al-Ittihad li huma wkoll proprjeta’ tal-PIF.
Il-Magpies ma jistgħux jaffordjaw sostitut permanenti għal Tonali f’Jannar minħabba restrizzjonijiet tal-FFP.