Il-manager ta’ Chelsea, Thomas Tuchel identifika lill-midfielder ta’ Wolverhampton Wanderers, Ruben Neves bħala l-aqwa mira għat-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Il-Blues jistgħu jfittxu li jsaħħu l-iskwadra tagħhom meta t-tieqa terġa’ tinfetaħ ix-xahar id-dieħel f’tentattiv biex l-isfida tat-titlu tagħhom terġa’ lura fit-triq it-tajba.
Serje ta’ rebħa waħda biss fl-aħħar erba’ logħbiet tagħhom fil-Premier League – u tliet rebħiet fl-aħħar tmienja tagħhom – rat liċ-champions Ewropej jiżolqu mill-ewwel post għat-tielet post tal-klassifika, issa sitt punti ‘l bogħod mil-leaders Manchester City.
Tuchel huwa partikolarment ħerqan li jsaħħaħ il-gradi tiegħu f’nofs il-ground, wara li ra lil N’Golo Kante u Mateo Kovacic jitilfu biċċiet kbar tal-istaġun u lil Saul Niguez jissielet biex jadatta ruħu għall-Premier League matul il-perjodu ta’ self tiegħu.
Huwa mifhum li Tuchel ikkonsidra lil Neves bħala iffirmar ideali f’nofs il-ground.
Madankollu, Wolves mhumiex ħerqana li jitilfu wieħed mill-players stilel tagħhom f’nofs l-istaġun u qed jikkunsidraw biss offerti ta’ mill-inqas €45m.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena, li l-kuntratt tiegħu fil-Molineux Stadium jintemm fl-2024, ġie marbut ukoll ma’ ċaqliq ma’ Manchester United, Liverpool u Real Madrid dan l-istaġun.
Neves lagħab il-logħob kollu ta’ Wolves fil-Premier League minbarra waħda s’issa dan l-istaġun, skorja darba u rreġistra wkoll assist wieħed.