Saturday, April 12, 2025

Rudi Voller iġedded il-kuntratt tiegħu mal-Federazzjoni Ġermaniża

Aqra wkoll

L-eks attakkant ta’ Roma Rudi Völler, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja mal-Ġermanja fl-1990, ġedded il-kuntratt tiegħu bħala direttur sportiv tat-tim nazzjonali Ġermaniż sas-sena 2028.

Wara l-iffirmar, huwa tkellem mal-kanali uffiċjali tal-klabb fejn qal li t-tim nazzjonali u t-tim kollu tad-DFB saru parti integrali minn qalbu.. Naturalment il-kooperazzjoni ma’ Julian Nagelsmann, kellu rwol deċiżiv biex jieħu din id-deċiżjoni. Hu jinsab ħerqan li jkompli t-triq ma’ dan il-kowċ żagħżugħ sal-Kampjonat Ewropew li jmiss.

Bosta ġurnali Ġermaniżi faħħru din il-mossa mill-Federazzjoni Ġermaniża hekk kif Voller hu ferm rispettat fil-pajjiż.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport