Georgia kitbu l-istorja bl-ewwel rebħa tagħhom fuq Wales, fejn ilbieraħ spiċċaw rebħu bl-iskor ta’ 13-12 fil-Prinċipality Stadium f’Cardiff.
Luka Matkava skorja l-penalty rebbieħ fis-77 minuta biex kiseb rebħa famuża għan-nazzjon tat-tieni livell hekk kif għelbu lil Wales.
Wales kienu daħlu fil-miterieħ b’vantaġġ ta’ 12-3, l-aktar grazzi għaż-żewġ tries ta’ Jac Morgan, iżda ma rnexxielhomx jiskurjaw punt wieħed f’wirja mhux daqstant pożittiva u ta’ ispirazzjoni fit-tieni taqsima.