Il-kowċ tat-tim nazzjonali Irlandiż tar-Rugby Andy Farrell sejjaħ skwadra ta’ 37 plejer inkluż sitt plejers ġodda għat-turnament internazzjonali li se jsir fl-Aviva Stadium f’Dublin. F’dan it-turnament se jieħdu sehem l-Afrika t’Isfel, il-Fiji u l-Awstralja u se jsir f’Novembru li ġej.
Fuq iċ-ċansijiet li għandu sabiex jirbaħ dan it-turnament, Farrell qal li minkejja li jinsabu favoriti, qal lill-plejers tiegħu sabiex iżommu saqajhom mal-art filwaqt li jirrispettaw lill-avversarji tiegħu.
L-Irlanda jinsabu rrankjati fl-ewwel post tal-World Rugby League.