Malta … 14
Bulgarija … 23
It-tim nazzjonali Malti tar-rugby sofra bidu diżappuntanti fil-kampanja tagħhom tal-Conference FIRA-AER South 1 meta ġew megħluba mill-Bulgarija bl-iskor ta’ 23-14 fit-Tony Bezzina Stadium.
Il-Bulgari kien ħaqqhom li jirbġu l-partota hekk kif ħadu vantaġġ sħiħ mill-indixxiplina tal-Maltin.
Fil-fatt, numru ta’ żbalji mill-Maltin irregalaw penalties lill-Bulgari li huma sfruttaw bis-sħiħ biex imbagħad komplew biex finalment b’rebħa konvinċenti.
Malta wriet titjib notevoli wara l-mistrieħ, iżda xorta waħda ma setgħetx tlaħħaq mal-qawwa tal-Bulgari u issa taspira li tikseb riżultat pożittiv matul il-ġimgħa d-dieħla fis-Slovenja.