New Zealand għaddew għas-semifinali tat-tazza tad-dinja tan-nisa tar-Rugby meta fil-kwarti tal-finali ddominaw u rebħu lil Wales bl-iskor kbir ta’ 55-3. Kif jindika l-iskor New Zealand ftit sabu diffikulta’ kontra avversarji li fil-ġurnata xejn ma kienu tajbin. Spikkaw fost l-oħrajn Ruahei Demant li rnexxielha twettaq ħames tries flimkien ma’ Alexia Bremner u Tori Woodman li wkoll kienu ta’ uġigħ ta’ ras kontinwa għad-difiża avversarja.
New Zealand se jkunu qed jilagħbu fis-semifinali llejla kontra Franza.