Monday, October 14, 2024

Rumen fil-periklu tal-mewt f’inċident b’e-kick scooter

Aqra wkoll

Rumen ta’ 27 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tas-1.30am waqa’ waqt li kien qed isuq e-kick scooter.

Il-Pulizija qalu fi stqarrija li kienet ġie informata li kien hemm persuna mixħuta mal-art bi ġrieħi f’rasu fi Triq is-Soll, Santa Venera.

Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima LL.D li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport