Sunday, November 24, 2024

Rumen jitlef ħajtu wara li waqa’ fil-baħar u sab ruħu f’diffikulta f’Dellimara

Aqra wkoll

Rumen ta’ 39 sena tilef ħajtu wara li sab ruħhu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum f’bajja ta’ St Peter’s Pool, f’Dellimara, fil-limiti ta’ Marsaxlokk.

Kien aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-1:30 p.m, meta l-Pulizija ġiet infurmata li
kien hemm persuna li kien fil-baħar u li kellu bżonn l-assistenza fl-istess bajja msemmija.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li għal xi raġuni l-anzjan waqa’ fil-baħar u
sab ruħu f’diffikultà. Il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta ġew infurmati sabiex jassistu, fejn tellgħu lir-raġel mill-baħar u ddaħħal ġewwa Xatt it-Tiben, il-Furjana.

Ir-Rumen ingħata l-għajnuna wkoll minn tim mediku fejn sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

L-investigazzjonijiet tal-Puliziija għadhom għaddejjin.

Sport