Monday, December 23, 2024

Rumena tweġġa’ gravi wara li nqalbet bil-karozza fi-Marsa

Aqra wkoll

Rumena ta’ 42 sena li toqgħod is-Swieqi, ittieħdet l-Isptar Mater dei għal kura medika wara li  sofriet ġrieħi f’inċident tat-traffiku l-Marsa.  

Illum, għall-ħabta tas-2:30 p.m, il-Pulizija ntalbet għall-għajnuna fi Triq Aldo  Moro. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li mara li kienet qiegħda issuq karozza  VolksWagen Bora, tilfet il-kontroll u inqalbet. 

Membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku kienu msejħa fuq il-post tal-inċident. Aktar tard,  hija kienet iċċertifikata li weġġgħet gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport