Friday, February 13, 2026

Russofobija fl-Ewropa:  dimensjoni  storika kif ukoll attwali (1)

Minn  Shawn Borg

Aqra wkoll

Kelma li spiss nisimgħu fil-ħajja ta’ kuljum hi bla dubju il-kelma fobija jew bl-Ingliż ‘phobia’, Dan it-terminu jintuża minn xi ħadd li jkollu biża’ jew stmerrija minn xi ħaġa eżempju insibu ħafna nies li għandhom fobija mill-grieden jew insetti, għalkemm ġurdien inkella insett  jistgħu ma jkunux ta’ periklu dirett għal persuna li tibża’ minnhom però l-istess persuna li jkollha dan it-tip ta’  fobija tinħoloq fiha ansjetà forsi anke inspjegabbli hekk kif tkun viċin dak il-ġurdien inkella insett.


Sfortunatament il-fobija tista’  tieħu xejra aktar gravi insibu nies li aktar milli għandhom fobija għal xi ġurdien inkella insett però jibnu fihom fobija lejn nies bħalhom u  hawn jibda t-tħassib.


Hekk insibu il-‘homophobia’ li hi atteġġjament negattiv lejn nies b’orjentazzjoni sesswali differenti li fl-antik dan il-fenomenu sfortunatament kien komuni f’Malta mentri llum dan l-atteġġjament negattiv lejn nies b’orjentazzjoni sesswali diversa mhux talli naqas talli daħħalna liġijiet sabiex dawn in-nies jiġu mħarsa u wkoll iħossuhom parti mis-soċjetà Maltija,  ovvjament hemm aktar x’wieħed jagħmel sabiex il-‘homophobia’ tiġi mrażżna u forsi anke meqruda darba għal dejjem
 
 
Ix-Xenofobija


Din il-kelma, hi fis-sens wiesa’ tal-fobija  li tkellimna dwaru hawn fuq. Però terġa’ u tgħid fuq skala akbar kif ukoll aktar perikoluża u dan għall-fatt li tista’ taffettwa pajjiżi, razez ta’ nies, kulturi u oħrajn.


F’Malta dan l-atteġġjament jeżisti u jiġi ħafna drabi manifestat lejn nies jew li għandhom ġilda skura inkella nies li ġejjin minn pajjiżi Għarab. Sfortunatament dan il-fenomenu llum il-ġurnata narawh kif ħafna drabi nitrattaw lil dawn in-nies li għal xi raġuni jew oħra qegħdin f’pajjiżna u bħal kull Malti ieħor qegħdin jikkontribwixxu għall-ġid ta dan il-pajjiż però l-atteġġjament tagħna lejn dawn in-nies ikun ta’ biża’ kif ukoll ta’ stmerija li xi darba għad jinvaduna inkella jieħdu kontrol.

Dan mhu xejn għajr mentalità miskina u mentalità razzjali  li kull Gvern għandu jaraha sabiex tittrawwem kuxjenza fost il-ġenerazzjonijiet futuri li aħna għadna ngħixu f’diversitża irrespettivament mill-kulur tal-ġilda, twemmin, razza inkella mitt elf ħaġa oħra li wieħed jista’ joħloq sabiex jeskludi nies oħra minn miegħu.
Kif għidt din ix-xenofobija tista’ tkun  perikoluża ħafna u dan għal fatt li sforz ix-xenofobija bniedem  jista’ jasal biex joqtol bniedem ieħor bħalu inkella jqiegħed il-ħajja ta’ dan l-individwu fil-periklu ghal fatt li l-istess persuna jibda jaraha bħala theddida għalih. 


Smajna każijiet fid-dinja fejn nies ġew maqtulin ttorturati inkella anke mixħutin f’ħabsijiet sempliċiment għax  kellhom ideoloġiji ta’ ħajja differenti, dawn il-każijiet għadhom jiġru sal-ġurnata ta’ llum.


Ix-xenofobija kienet anke manifestata fl-aħħar gwerra dinjija bin-nażiżmu li ħalef li joqtol lir-razza Lhudija kif ukoll razez oħrajn fejn iċ-ċentru tiegħu kien fl-Ewropa, wieħed tajjeb ifakkar li n-Nażiżmu beda jinfirex hekk kif jinfirex in-nar u kull fejn in-Nażiżmu beda jgħaddi ma beda jħalli xejn ħlief mwiet u ħafna drabi mwiet krudili u dan dejjem għar-razza pura  Arjana.


Sfortunatament fl-Ewropa llum għadna naraw dan il-fenomenu, in-Nażiżmu qiegħed jerġa’ jerfa’ rasu kif ukoll partiti tal-lemin estrem li jqisu l-ideoloġija taz-Nazzjonaliżmu bħala sagru. Tant qegħdin jinfirxu fl-Ewropa kollha u hemm minnhom saħansitra jew imexxu Gvern inkella qegħdin f’koalizzjoni tat tmexxija ta’ pajjiż jew pajjiżi.


Però ma nixtieqx li nidħol fil-fond ta’ din ix-xenofobija imma nixtieq li niffoka fuq  fobija ohra li l-Ewropa llum tinsab maqbuda fiha u qiegħed nirreferi għar-Russofobija.
 
X’inhi din ir-Russofobija?


It-terminu “Russofobija” hija biża’, inkella nuqqas ta’ fiduċja, jew preġudizzju lejn ir-Russja, il-gvern tagħha, jew in-nies tagħha. L-oriġini tagħha fl-Ewropa huma kumplessi, u jmorru lura fażijiet diversi fl-istorja
Hawnhekk ħa nagħti fil-qosor fażijiet storiċi li setgħu sawru dan il-fenomenu.
 
Sekli 18–19: Rivalità Ġeopolitika


Rivalità bejn il-Potenzi l-Kbar: Hekk kif l-Imperu Russu espanda lejn il-punent u n-nofsinhar taħt Peter The Great u Catherine The Great, daħal f’kunflitt dirett ma’ potenzi Ewropej bħall-Iżvezja, il-Commonwealth Pollakk-Litwan, l-Imperu Ottoman, u aktar tard Franza Napuljonika.

Dan ħoloq sens tar-Russja bħala theddida vasta, espansjonista, u spiss misterjuża mil-Lvant.
L-“Orjentalizzazzjoni” tar-Russja: Ħafna intellettwali tal-Ewropa tal-Punent raw lir-Russja la bħala kompletament Ewropea u lanqas kompletament Asjatika—imperu semi-barbaru u despotiku fil-periferija tal-Ewropa. Dan kien inkapsulat b’mod famuż mill-memorja tal-ivvjaġġar tal-Markiż de Custine tal-1839 “L-Imperu taċ-Ċar,” li pinġa stampa ta’ soċjetà tirannika u lura.


Wara r-rwol ewlieni tar-Russja fit-telfa ta’ Napuljun, il-Kzar Alessandru I u aktar tard Nikola I saru simboli ta’ reazzjoni konservattiva u anti-rivoluzzjonarja. Is-soppressjoni mir-Russja tal-irvellijiet Pollakki (1830–31, 1863–64) u l-intervent tagħha biex tfarrak ir-Rivoluzzjoni Ungeriża (1849) issolidifikaw l-immaġni tagħha fost il-liberali u r-rivoluzzjonarji bħala l-oppressur tal-libertà Ewropea.
 
Id-Diviżjoni Ideoloġika (Seklu 20): Komuniżmu vs. Il-Punent


Ir-Rivoluzzjoni Bolxevika (1917) u l-Biża’ hekk imsejjha l-Ħamra: It-tfaċċar tal-Unjoni Sovjetika ħoloq abiss ideoloġiku profond. Il-biża’ ma baqgħetx biss mill-espansjoni imperjali iżda mir-rivoluzzjoni komunista li tinfirex lejn l-Ewropa. It-twaqqif  tal-Comintern, kellu l-għan li jqanqal rivoluzzjoni madwar id-dinja sabiex jeqred il-kapitaliżmu u jmexxi l-idea Kommunista  dan kellu fil mira  l-istati Ewropej tal-punent  li kienu predominati kemm mill-ideologiji kapitalisti kif ukoll imperjalisti.
 
Il-Gwerra Bierda (1947–1991): Dan il-perjodu istituzzjonalizza r-Russofobija (għalkemm ħafna drabi  speċifikament dirett  lejn il-gvern Sovjetiku) fuq skala bla preċedent. Kienet konfrontazzjoni ġeopolitika, militari u ideoloġika totali:
 
Theddida Militari: L-Armata l-Ħamra Sovjetika massiva fl-Ewropa tal-Lvant, il-Patt ta’ Varsavja, u t-tellieqa tal-armi nukleari ħolqu biża’  ta’ invażjoni jew annihilazzjoni.
 
Purtiera tal-Ħadid: Id-diviżjoni tal-Ewropa u s-soppressjoni Sovjetika tal-irvellijiet (Ġermanja tal-Lvant 1953, Ungerija 1956, Ċekoslovakkja 1968) saħħew l-immaġni fl-Ewropa  tar-Russja bħala potenza oppressiva u imperjali.
 
In-narrattivi sponsorjata mill-Istati Uniti  fil-Punent pinġew l-USSR bħala “imperu totalitarju tal-ħażen” (kif imsejjaħ minn Ronald Reagan), li jiddiżumanizza t-tmexxija tagħha u spiss iċċajpar il-linji bejn l-istat Sovjetiku u l-poplu Russu.
 
L-Era Post-Sovjetika (snin 1990–2010): Diżappunt u Tensjoni Segwit minn Aljenazzjoni: Il-kollass inizjali tal-USSR ġab tama għall-integrazzjoni. Madankollu, is-snin 1990 kienu mmarkati minn dgħufija Russa, kaos ekonomiku, u umiljazzjoni perċepita tal-Punent (eż., il-ibbumbardjar tan-NATO tas-Serbja fl-1999, li r-Russja opponiet).
 
 Vladimir Putin bhala President tar-Russja u l-Politika Barranija Assertiva: Is-sistema ta’ Putin ta’ “managed democracy”, u d-diskors tiegħu fil-Konferenza tas-Sigurtà ta’ Munich tal-2007 li jikkundanna l-unipolarità tal-Istati Uniti taw sinjal ta’ sfida ġdida.
 
L-Eskalazzjoni Moderna (2014–Preżenti): Il-Punt ta’ Bidla
L-Anness tal-Krimea u l-konflitt fid-Donbas (2014): Dan kien l-aktar avveniment impattanti fir-Russofobija moderna. Dan għall-fatt li l-media tal-Punent wasslet informazzjoni mhux daqstant korretta ta’ verament x’kien u x’qiegħed jiġri, dan kompla jiggrava bid-deċiżjoni ta’ l-Ewropa li ma tħalli l-ebda aġenzija ta’ l-aħbarijiet Russa tagħti il-verżjoni ta’ dak li qiegħed iseħħ’. B’hekk il-punent seta’ jwassal l-aħbar bl-aġenda tiegħu mingħajr ħadd ma seta’ jmeriha.
 
Diżinformazzjoni u Indħil: Smajna anke pajjizi tal-punent li b’mod apert permezz ta’ l-istess media tal-punent xlew lir-Russja b’indħil intern ta’ pajjiżhom  (eż., l-elezzjonijiet tal-Istati Uniti tal-2016, ir-referendum tal-Brexit) liema akkużi r-Russja dejjem opponiethom. Iġ-ġustifikazzjoni, fl-opinjoni tiegħi bla bażi  mill-Ewropej  sabiex mezzi tal-medja Russa bħal RT (Russia Today) kif ukoll Sputnik jiġu miżmumin milli  jxandru fit-territorju Ewropew kien li qegħdin  ixxerrdu propaganda falza li permezz tagħha   jistgħu  jiddistabbilizzaw d-demokraziji Ewropew. B hekk il-medja tal-punent saret is-supremazija ta’ l-informazzjoni għaċ-ċittadini Ewropei mingħajr ebda għażla.
 
L-intervent ta l-armata Russa  fid-Donbass (2022): Dan kien il-katalist aħħari,  fejn il-medja tal-Punent pinġiet lir-Russja bħala invażur ta’ stat sovran u kif ukoll it-theddida ta’ pajjiżi Ewropej li jispiċċaw invaduti mir-Russja, il-Medja naqset serjament milli tgħid li l-istess kwistjoni fid-Donbass kienet ilha li bdiet mis-sena 2014 fejn suldati Ukreni ta’ kuljum kienu qegħdin jisparaw missili lejn nies ċivili f’dan ir-reġjun u dan għal fatt li n-nies f dan ir-reġjun huma etnici Russi.


Ma’ dan wieħed iżid diskorsi politiċi u pubbliċi ewlenin kemm fil-Parlament Ewropew kif ukoll f’istituzzjonijiet Ewropej oħra li  l-għan tagħhom huwa li jpoġġi lir-Russja b’mod espliċitu bħala theddida eżistenzjali għas-sigurtà u l-valuri Ewropej.
Mill-banda l-oħra,  il-Kremlin jippromwovi b’mod attiv l-idea li r-“Russofobija” hija arma użata mill-Punent biex jikkontrolla u jbaxxi lir-Russja, kontinwazzjoni ta’ preġudizzju li ilu għaddej għexieren ta snin.
 
Distinzjoni bejn l-Istat u l-Poplu: Ħafna Ewropej u dawk li jfasslu l-politika jiddistingwu bejn il-gvern Russu u l-poplu Russu, għalkemm din il-linja spiss titħassar fid-diskors pubbliku matul dawn  żminijiet ta’ tensjoni enormi. Dan iwassal sabiex nies civili ta dixxindenza Russa sfaw aggrediti jew attakkati u anke insultati fl-Ewropa.
 
Varjazzjoni Madwar l-Ewropa: Is-sentiment mhuwiex uniformi. L-esperjenzi storiċi jvarjaw: Il-fehmiet Baltiċi u Pollakki huma ffurmati mill-okkupazzjoni Sovjetika diretta, filwaqt li l-Ġermanja, Franza, jew l-Italja kellhom relazzjonijiet ekonomiċi u politiċi aktar kumplessi mar-Russja.
 
Ir-Russofobija f’Malta
Minkejja li l-medja tal-Punent b xi mod sawret opinjoni Russofobika fost il-Maltin però dan mhux daqshekk b’saħħtu u dan għall-fatt li Malta u r-Russja dejjem kellhom relazzjonijiet diplomatiċi tajbin u din ma waqfitx biss fost il-politiċi imma nilet anke fost il-popli rispettivi.
Barra minnhekk, l-istess Prim Ministru Robert Abela fl-2022 kien ċar u dirett fejn qal li  Xenophobija kontra ċittadini Russi f’Malta inkella nies ohra li jitkellmu bir-Russu huwa inaċċettabbli u kundannabbli.
F’rapport dettaljat li l-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin Russu ippublika fl-2025 bl-isem ta On Violations of the Rights of Russian Citizens and Compatriots in Foreign Countries wera is-sitwazzjoni kif cittadini Russi  f’pajjiżi diversi fl-Ewropa inkluż anke ta’ Malta  qegħdin jiġu ttrattati f’dan iż-żmien partikolari u ta’ tensjoni. Wieħed jista’ jara dan ir-rapport sħiħ u bl-Ingliz permezz ta din il-link.
https//mid.ru/en/foreign_policy/reports/2063001/#22
 
Illum u l-ġejjieni għal din Ewropa Russofobika
F’sitwazzjoni preżenti fejn ir-relazzjonijiet bilaterjali bejn l-Ewropa u r-Russja huma tista’ tgħid ineżistenti. Għandu jkun il-punt tat-tluq mill-ġdid għal dawk li jfasslu l-politika tal ġejjieni.
Ir-Russja huwa pajjiż ġar ta’ l-Ewropa kif ukoll mimli opportunitajiet għall-istess Ewropej,  ghalhekk il-kunċett ta’ minn  “Lisbona sa Vladivostok” għandu jerġa’ jidħol fil-ħsieb tal-policy makers għall-futur.
Wieħed għandu dejjem jibqa’ jżomm f’moħħu li relazzjonijiet tajbin meħlusin minn kull mentalitża ostili u  Russofobika jkun  fl-interess taż-żewġ naħat u ma’ dan kooperazzjoni sħiħa f’kull sfera kemm politika kif ukoll soċjali.
 
Minn Lisbona sa Vladivostok: Il-kunċett ta’ “Lisbona sa Vladivostok” huwa viżjoni politika u ekonomika għal spazju Ewropew-Ewrasjatiku vast u integrat, li jippromwovi l-kummerċ ħieles, il-moviment u l-kooperazzjoni mill-Ewropa tal-Punent mir-Russja sal-Paċifiku, dan il-progett kien  immexxi minn mexxejja bħal Putin u Gorbachev bħala integrazzjoni tar-Russja mal-Punent wara l-Gwerra Bierda. Filwaqt li oriġinarjament offriet ħolma post-Sovjetika  b’valuri u benefiċċji ekonomiċi kondiviżi, din l-idea fil-biċċa l-kbira sfumat minħabba kunflitti ġeopolitiċi, speċjalment il-kriżi tal-Ukrajna.
 
Ġenerazzjonjiet Futuri u t-tama għall-ġejjieni
Ir-Russofobija bħal kull fobija oħra hija minnha nnifisha ħażina l-istorja dejjem għalmitna li mhux dejjem l-Ewropa kellha raġun storiku ukoll l-istess jista’ jingħad għar-Russja però hemm il-futur  quddiemna u l-ġenerazzjonjiet futuri li jistgħu ibiddlu dan is-sentiment sabiex kemm l-Ewropa kif ukoll ir-Russja flimkien jagħmlu reġjun super potenti li jkun kapaċi jifluwenza id-dinja kollha. F’kelma waħda il-kunċett ta’ minn Lisbona sa Valadivostok issir realtà.
 
Fl-artiklu li ġej


Fl-artiklu li jmiss bi ħsiebni nagħti ħarsa  ċara u attwali kif monumenti storiċi f’diversi pajjiżi Ewropei ġew imneħħijin, tħallew jiġu vvandalizzati kif ukoll tħallew fi stat ta’ abbandun.  Dawn il-monumenti kienu ġew inawgurati sabiex  jfakkru s-sagriffiċċji u r-rebħa tal-poplu ta’ dik li kienet  l-Unjoni Sovjetika fuq ir-reġim Nażista ta’ Hitler.
 
 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport