Il-Kenjana, Ruth Chepngetich, kisret ir-rekord tad-dinja biex rebħet il-Maratona ta’ Chicago li saret nhar il-Ħadd.
L-atleta ta’ 30 sena temmet fil-ħin ta’ sagħtejn, disa’ minuti u 57 sekonda biex qabżet ir-rekord preċedenti tal-Etjopjana, Tigst Assefa, bi kważi żewġ minuti.
Chepngetich hija l-ewwel mara li ġriet maratona f’inqas minn sagħtejn u 10 minuti.
Assefa stabbiliet ir-rekord preċedenti b’rebħa fil-Maratona ta’ Berlin tal-2023 f’sagħtejn, 11-il minuta u 53 sekonda.
“Inħossni daqshekk kburija, jien kburi bija nnifsi. Din hija l-ħolma tiegħi li saret realtà,” qalet Chepngetich, iċ-champion dinji tal-maratona 2019.
“Iġġilidt ħafna naħseb dwar ir-rekord dinji u wettaqtu.”
Ir-rebħa għal Chepngetich hija t-tielet tagħha f’Chicago, fejn falliet li tikser ir-rekord dinji tal-kompatrijotta Brigid Kosgei ta’ dak iż-żmien b’14-il sekonda fl-2022.
Erbgħa mill-ħames ħinijiet tal- maratona l-aktar veloċi tan-nisa twettqu fuq il-korsa ċatta ta’ Chicago matul l-aħħar sitt snin.
KORIR JAGĦTI
ĠIEĦ LIL KIPTUM
Fit-tellieqa tal-irġiel, John Korir tal-Kenja għamel l-aħjar ħin personali biex jikseb ir-rebħa qabel ma ta ġieħ lid-detentur tar-rekord dinji, Kelvin Kiptum, ir-rebbieħ tas-sena l-oħra.
Korir ħareġ minn grupp ta’ seba’ leaders biex ġera ċar u spiċċa f’sagħtejn, żewġ minuti u 44 sekonda.
It-tieni spiċċa l-Etijopjan, Mohamed Esa, filwaqt li Amos Kipruto, li spiċċa t-tielet, kien wieħed minn erba’ Kenjani fl-ewwel ħamsa.
Kiptum stabbilixxa r-rekord dinji attwali ta’ sagħtejn u 35 sekonda f’Chicago, erba’ xhur qabel miet ta’ 24 sena f’inċident bil-karozza, u Korir qal li nhar il-Ħadd uża r-rekord tal-kompatrijott tiegħu bħala motivazzjoni.
“Kien tassew sabiħ li niġri l-aqwa tellieqa tiegħi u nirbaħ f’Chicago,” qal Korir.
“Illum kont qed naħseb dwar Kiptum u għedt ‘is-sena l-oħra jekk seta’ jiġri taħt is-2:01, għaliex le jien?’ Għalhekk kelli nemmen fija nnifsi u nipprova nagħmel l-almu tiegħi.”