Il-kowċ Olandiż Ruud van Nistelrooy għad irid jiskopri x’se jkun il-futur tiegħu. Bir-relegazzjoni ta’ Leicester City mill-Premier League wara telfa ta’ 1-0 kontra Liverpool fil-King Power Stadium fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Foxes issa kisbu biss tmien punti minn 20 logħba taħt il-manager Olandiż, li ngħaqad magħhom mingħand United.
U minkejja li diġà ltaqa’ mas-sidien u l-bord, Van Nistelrooy għadu mhux ċert jekk hux se jibqa’ jew jitlaq minn Leicester.
Għar-rekord, Van Nistelrooy ffirma kuntratt ta’ tliet snin sal-2027 ma’ Leicester f’Novembru, wara t-tkeċċija ta’ Steve Cooper wara biss 157 jum fit-tmexxija tat-tim. Madankollu, l-eks manager provviżorju ta’ Manchester United naqas milli jdawwar lill-Foxes li spiċċaw bit-tieni relegazzjoni fi tliet staġuni.