Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus ħabbar li mhux se jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni ġenerali.
Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, id-Deputat Nazzjonalista qal li “wara ħafna u ħafna ħsieb, u xhur nitkellem mal-familja, ħadt deċizjoni personali li wara tliet leġiżlaturi fil-Parlament, ma nikkontestax l-elezzjoni ġenerali li ġejja. Din mhix deċiżjoni faċli… anzi, hija waħda li ġġorr magħha ħafna emozzjonijiet u ħafna memorji sbieħ. Nixtieq inqatta’ iktar ħin maż-żewġt ibniet żgħar taghna, li dejjem stennewni d-dar b’sabar u mħabba. Nħossni ferm fortunat li għal tliet leġiżlaturi konsekuttivi — kull darba b’mandat iktar b’saħħtu, u fl-aħħar waħda elett minn żewġ distretti — tajt servizz fil-Parlament f’isem il-Partit Nazzjonalista għal Maltin kollha.”

