GM Marketing & Sport, f’kollaborazzjoni ma’ EPIC Sport Italy, huma kburin li jħabbru li l-captain tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena u plejer ta’ Mosta FC, Ryan Debono (imwieled fl-2009), ġie mistieden għal prova uffiċjali bejn it-18 ta’ Awwissu u t-23 ta’ Awwissu ma’ Juventus FC.
Ryan mhux biss se jitħarreġ mal-Bianconeri, iżda ntgħażel ukoll biex jingħaqad mal-iskwadra għal wieħed mill-aktar tournaments internazzjonali prestiġjużi taż-żgħażagħ li jsiru f’Rieti, l-Italja.
GM Marketing & Sport esprimew il-gratitudni sinċiera tagħhom lill-kumitat tal-Akkademja taż-Żgħażagħ ta’ Mosta FC għall-appoġġ sod tagħhom matul dan il-proċess kollu.