Friday, September 13, 2024

Ryan Giggs se jerġa’ jikkowċja

Aqra wkoll

L-eks stilla ta’ Manchester United, Ryan Giggs, jista’ jirritorna jmexxi klabb tal-futbol wara li ġew irtirati l-akkużi ta’ vjolenza domestika fil-konfront tal-eks-tfajla tiegħu u oħtha.

Giggs kien waqaf mill-kowċing wara dan l-episodju iżda riċentement ġie avviċinat minn klabb fil-League 2 Salford City li għadu kemm neħħa lil Neil Woods minn kowċ.

Giggs qed togħġbu din l-isfida u mistenni jkun hu li jpoġġi fuq il-bank sa tmiem l-istaġun.

Salford City ma tantx jinsabu f’pożizzjoni tajba fil-klassifika ta’ League Two hekk kif qegħdin fiż-żona l-ħamra meta kisbu 23 punt minn 25 logħba.

Ekonomija

Sport