Tuesday, September 23, 2025

Ryan Gravenberch segwit minn Real Madrid

Aqra wkoll

Real Madrid tal-kowċ Xabi Alonso jistgħu jkollhom iħallsu madwar €65 miljun biex jiksbu lill-midfielder ta’ Liverpool Ryan Gravenberch.

Minkejja li żiedu diversi plejers fis-suq tat-trasferimenti li għadda, Alonso għadu jħoss li l-għażliet f’nofs il-grawnd mhumiex biżżejjed u qed ifittex aktar kwalità. Il-klabb għandu f’moħħu lil Gravenberch, li qed jgħix mument mill-aqwa taħt il-gwida ta’ Arne Slot.

Skont sit elettroniku Spanjol, ftehim ma’ Liverpool mhux se jkun sempliċi, b’Real Madrid li se jkollhom iħallsu somma sostanzjali jekk iridu jġibu l-internazzjonali Olandiż f’Estadio Santiago Bernabéu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport