Friday, November 15, 2024

Ryan Schembri estradit lejn Malta permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Internazzjonali

Aqra wkoll

L-eks direttur ta’ More Supermarkets Ryan Schembri ġie estradit lura Malta mill-Iskozja llum, permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Internazzjonali maħruġ fuq talba tal-Awtoritajiet Maltin.

Din l-estradizzjoni seħħet b’ħidma konġuta bejn il-Pulizija ta’ Malta, flimkien mal-Pulizija Skoċċiża u l-Awtoritajiet Inglizi.

Ir-raġel kien imfittex sabiex jiġi interrogat mid-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji tal-Korp tal-Pulizija.

Rapporti fuq il-midja lokali qalu li huwa ġie arrestat wara li nħarġitlu ċitazzjoni għax inqabad isuq b’veloċità kbira fl-Iskozja.

L-istess rapporti qalu li huwa ħarab minn pajjiżna akkumpanjat mill-familja tiegħu lura f’Settembru tal-2014. Allegatament kien iffrota numru ta’ negozjanti li kienu għamlu negozju miegħu, b’rapporti jgħidu li kien ffrodhom madwar €40 miljun.

Rapporti qalu li Schembri kellu negozju ma’ wieħed mill-aħwa tal-Maksar, Adrian Agius. Huwa kien ukoll kien involut f’numru ta’ negozji, fosthom fi Tripli fejn kellu ċentru ta’ distribuzzjoni ta’ laħam importat mill-Brażil u supermarket f’Palm City.

Ekonomija

Sport