L-eks sid tal-More Supermarkets Ryan Schembri se jkun qed jitressaq il-Qorti dalgħodu.
Schembri se jkun qed jitressaq b’akkużi relatati ma’ frodi u ħasil ta’ flus fost oħrajn.
Huwa ġie arrestat fl-Iskozja permezz ta’ mandat t’arrest Ewropew maħruġ mill-Pulizija. Jumejn ilu huwa ġie estradit lejn Malta.
Rapporti f’midja lokali qalu li huwa ġie arrestat wara li nħarġitlu ċitazzjoni għax inqabad isuq b’veloċità eċċessiva fl-Iskozja.
Ġie rrappurtat ukol li huwa ħarab minn Malta meta s-Supermarkets tiegħu fallew u li kellu negozju ma’ Adrian Agius, wieħed mill-aħwa tal-Maksar. Dan tal-aħħar kien ukoll Direttur fil-More Supermarkets.