Il-captain ta’ Marsaxlokk FC Ryan Scicluna mhux se jkompli bl-esperjenza tiegħu max-Xlukkajri.
Prodott ta’ Birkirkara, Scicluna kellu perjodu ta’ self ma’ Balzan fl-istaġun 2019/20. Fl-istaġun ta’ wara, ġie trasferit ma’ Sirens iżda fis-sajf tal-2021, irritorna ma’ Birkirkara.
Huwa kien ingħaqad ma’ Marsaxlokk FC f’Jannar tal-2023.
Huwa mifhum li hemm bosta klabbs mill-Malta Premier interessati fis-servizzi ta’ Scicluna.