Wara li fil-jiem li għaddew, sar magħruf li l-captain ta’ Marsaxlokk FC, Ryan Scicluna kein se jħalli lil dan it-tim minn Nofsinhar ta’ Malta, issa huwa mifhum li jinsab viċin ħafna li jingħaqad ma’ Zabbar SP FC.
Dan wara li kein hemm bosta klabbs mill-Malta Premier interessati fis-servizzi tiegħu.
Prodott ta’ Birkirkara, Scicluna kellu perjodu ta’ self ma’ Balzan fl-istaġun 2019/20. Fl-istaġun ta’ wara, ġie trasferit ma’ Sirens iżda fis-sajf tal-2021, irritorna ma’ Birkirkara.
Huwa kien ingħaqad ma’ Marsaxlokk FC f’Jannar tal-2023.