Saturday, November 1, 2025

Weightlifting: Rylee Borg jikseb rekord nazzjonali fil-Kampjonati Ewropej tal-Junior

Aqra wkoll

Rylee Borg ta’ wirja impressjonanti fil-Kampjonati Ewropej tal-Junior, fejn ħa sehem fil-kategorija ta’ 88kg B, bħala l-aħħar atleta fuq il-pjattaforma.

Borg fetaħ il-kompetizzjoni b’bidu qawwi, wara li refa 122kg b’suċċess fl-ewwel attentat tiegħu, segwit minn 125kg fit-tieni. Fit-tielet attentat tiegħu, għal 127kg, tilef bi ftit iżda xorta waħda spiċċa ir-raba’ post fis-snatch.

Fil-parti tal-Clean & jerk, Borg wera determinazzjoni u saħħa, billi beda b’153kg u kompla b’157kg b’suċċess. Il-kompetizzjoni kienet waħda intensa, b’kull kilo jagħmel differenza. L-atleta Awstrijak temm b’158kg, filwaqt li r-rappreżentant tal-Latvja għolla 160kg.

Madankollu, Borg wieġeb b’mod spettakolari, u fefa 161kg fl-aħħar attentat tiegħu – li mhux biss poġġieh fil-quċċata temporanjament, iżda wkoll stabbilixxa rekord nazzjonali ġdid.

B’total ta’ 286kg, Borg spiċċa fir-raba’ post ġenerali fil-grupp ta’ 88kg B. Il-kategorija ntrebħet mill-Awstrija u l-Latvja, it-tnejn bi 291kg, segwiti mir-Repubblika Ċeka b’289kg.

Din il-parteċipazzjoni u prestazzjoni eċċellenti kienu possibbli grazzi għall-appoġġ tal-Kumitat Olimpiku Malti, SportMalta, u l-Federazzjoni tal-Weightlifting tal-Albanija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport