Sa April ta’ din is-sena f’pajjiżna kien hawn 4,598 persuni minn pajjiżi terzi li bdew jaħdmu għall-ewwel darba f’Malta. Dan fl-istess waqt li fl-istess perjodu kien hawn 3,106 ħaddiema barranin li temmew l-impjieg tagħhom u ma kellhomx impjieg ieħor.
Qal dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri meta kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonaliat Jermone Caruana Cilia.
Dwar is-sena li għaddiet, il-Ministru qal li f’pajjiżna kien hawn 18,668 persuni minn pajjiżi terzi li bdew jaħdmu għall-ewwel darba f’pajjiżna u 10,604 ħaddiema barranin li temmew l-impjieg tagħhom u ma kellhomx impjieg ieħor.