Fuq il-midja soċjali s-CPD baqgħu jaġġornaw lill-pubbliku dwar il-ħidma li kienet għaddejja fil-pajjiż b’kordinazzjoni mas-Servizz Pubbliku, tas-Sigurtà, tas-Saħħa, il-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM), Transport Malta, l-Isptar Mater Dei, il-LESA u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Matul dawn l-aħħar 30 siegħa, kien hemm 85 każ ta’ ostakli kkawżati minn siġar li waqgħu jew kienu f’riskju li jaqgħu; 54 operazzjoni ta’ tneħħija ta’ debris u materjal perikoluż mit-toroq u żoni pubbliċi; tliet inċidenti relatati ma’ tabelli tar-reklamar (billboards); każ wieħed ta’ persuna maqfula f’lift; 20 rapport ta’ perikli elettriċi, inklużi cables imwaqqgħin jew esposti; sitt każijiet ta’ tixrid ta’ sustanzi perikolużi (HAZMAT); sitt nirien f’kontenituri jew skart domestiku; u tliet inċidenti ta’ nirien f’vetturi.
Saru wkoll ħames interventi ta’ assistenza lill-Pulizija kif ukoll kien hemm tliet każijiet ta’ estrazzjoni medika ta’ persuni midruba.

