Saturday, December 21, 2024

“Sa ftit tax-xhur oħra ħajjitna għandha terġa’ lura għan-normal”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wieħed mill-esperti involuti fir-riċerka b’rabta mal-vaċċin il-ġdid tal-Covid-19 qiegħed isostni li sa ftit tax-xhur oħra ħajjitna għandha terġa’ lura għan-normal.

Il-Professur Ugur Sahin, kofundatur ta’ BioNTech, qiegħed ukoll iqawwi l-qlub li permezz tal-injezzjoni r-rata ta’ trasmissjoni mistennija tonqos bin-nofs u dan ikun ifisser “tnaqqis drammatiku fil-każi”.

Fl-aħħar jiem BioNTech u Pfizer qalu li skont analiżi preliminari, il-vaċċin tagħhom kapaċi jipprevjeni aktar minn 90% tan-nies milli jiġu infettati bil-virus. Skont rapporti barranin, aktar minn 43,000 persuna ħadu sehem f’dan l-ittestjar.

Sahin qal li minkejja li hemm persuni li qed ixerrdu l-kelma li kollox se jerġa’ lura għan-normal fi żmien qasir, huwa jemmen li anke jekk l-analiżi preliminari turi li l-vaċċin huwa effettiv 90%, dan il-persentaġġ jista’ jkun anqas u għalhekk jara li l-ħajja lura għan-normal jaf tieħu numru ta’ xhur.

Ekonomija

Sport