Saturday, December 21, 2024

Sa issa ntużaw €33 miljun f’valur ta’ vawċers

Aqra wkoll

Sal-5 ta’ Settembru kienu intużaw €33 miljun f’valur ta’ vawċers minn total ta’ €44.7 miljun. Dan ifisser li sa issa intużaw 74% tal-vawċers. €30.6 miljun intefqu f’Malta filwaqt li fil-gżira Għawdxija intefqu €2.4 miljun.

Minn dawn, €10 miljun kienu vawċers diġitali filwaqt li €23 miljun oħra kienu vawċers printjati.

Ix-xahar li fih ġew użati l-akbar ammont ta’ vawċers kien Lulju, bl-aktar ġurnata tkun l-10 ta’ Lulju fejn dakinhar intużaw b’valur ta’ €774,000 f’vawċers.

Ġie nnutat li bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd qed jintużaw madwar €1.41 miljun f’valur ta’ vawċers filwaqt li bejn it-Tnejn u l-Ħamis qed jintużaw madwar €1.22 miljun vawċers. Dan ifisser li l-konsum tal-vawċers huwa mifrux fuq il-jiem kollha tal-ġimgħa fejn l-injezzjoni ekonomika diretta hi ta’ €2.6 miljun fil-ġimgħa.

Ekonomija

Sport