Sunday, November 24, 2024

“Sa mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni ħdimt biex jiżdiedu d-drittijiet ċivili”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn naħa tiegħu, waqt diskors fil-parlament, l-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici qal li f’ 14-il sena ta’ ħidma fil-parlament kienet li ċ-ċittadini jkomplu jingħataw aktar drittijiet ċivili.

Bonnici qal li hu jemmen li għandhom ikunu l-istess ċittadini li jieħdu d-deċiżjonijiet l-aktar importanti u mhux ikunu l-awtoritajiet li jagħmlu dan għalihom. Sostna li dejjem għamel dan sa mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni fejn jidħol id-dritt tad-divorzju, dritt t’assistenza tax-xjenza biex mara ssir omm, sal-bankijiet tal-Gvern fejn tidħol id-dritt tal-espressjoni artistika fejn tneħħew restrizzjonijiet li ma kinux jagħmlu sens, dritt tal-espressjoni ġurnalistika u tneħħa l-libell kriminali u sa ftit ilu fejn tidħol il-legalizzazzjoni parzjali tal-użu tal-kannabis.

Sostna li fil-parlament qiegħed jitkellem dwar id-dritt li tkun minsi u qal li jissapportja bis-sħiħ mill-kappell ta’ Ministru responsabbli mid-drittijiet tal-minoranzi biex dawn jingħataw id-dritt li persuni jingħataw lura l-kontroll tal-informazzjoni personali tagħhom taħt regoli li jagħmlu sens.

Huwa qal li l-interess tal-pubbliku li jkun jaf persuna x’weħlet wara numru ta’ snin m’għandux jipprevali d-dritt ta’ persuna li timxi ’l quddiem b’ħajjitha.

Sport