Saturday, December 21, 2024

“Sa minn issa nsellem minn qalbi lilkom il-Maltin kollha” – il-Papa Franġisku

Aqra wkoll

Fl-Udjenza Ġenerali tal-lum il-Papa Franġisku sellem lill-Maltin u l-Għawdxin kollha hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li ġejja huwa mistenni li jżur lil pajjiżna.

Fl-indirizz tiegħu, il-Papa qal: “Għeżież ħuti, is-Sibt u l-Ħadd li ġejjin se nżur Malta. F’dik l-art imdawla sejjer pellegrin fuq il-passi tal-Appostlu Pawlu, li hemm ġie milqugħ bi ħlewwa liema bħalha wara li safa nawfragu fil-baħar huwa u jivvjaġġa lejn Ruma.”

Żied jgħid: “Għalhekk dan il-Vjaġġ Appostoliku se jkun għalija l-okkażjoni biex nerġa’ lura lejn l-għejun tax-xandir tal-Vanġelu, biex insir naf personalment komunità Nisranija bi storja millenarja u ħajja, biex niltaqa’ man-nies ta’ pajjiż li jinsab fil-qalba tal-Mediterran u fin-nofsinhar tal-kontinent Ewropew, illum iżjed minn qatt qabel impenjat biex jilqa’ tant ħutna li qed ifittxu kenn.”

Il-Papa Franġisku temm jgħid: “Sa minn issa nsellem minn qalbi lilkom il-Maltin kollha: il-ġurnata t-tajba! Nirringrazzja lil dawk kollha li qed iħabirku biex iħejju għal din iż-żjara u nitlobkom ilkoll takkumpanjawni bit-talb tagħkom. Grazzi!”

Ekonomija

Sport