Thursday, December 26, 2024

Saadi Gaddafi jinħeles mill-ħabs fil-Libja u jitlaq lejn it-Turkija

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Libjani ħelsu lil Saadi Gaddafi, wieħed mit-tfal tal-eks mexxej Libjan Muammar Gaddafi li kien ġie maqtul fl-2011. 

Meta kienet faqqgħet ir-rivulozzjoni ġewwa l-Libja Saddi kien telaq lejn in-Niġer iżda fl-2014 huwa kien ġie estradit lejn il-Libja u spiċċa arrestat. Sorsi li tkellmu ma’ midja internazzjonali qalu li hekk kif ġie meħlus huwa immedjatament telaq lejn Istanbul, it-Turkija.

Saadi, li llum għandu 47 sena, huwa magħruf għall-ħajja estravaganti li kien jgħix meta missieru kien fil-poter. Huwa kien ukoll eks plejer professjonali tal-futbol. Saadi kien ġie arrestat fuq l-akkuża li wettaq delitti fil-konfront tad-dimostranti fl-2011 kif ukoll kien ġie akkużat bil-qtil tal-kowċ tal-futbol Bashir al-Rayani, li kien inqatel fl-2005. Fl-2018, f’appell quddiem il-qorti, Saadi kien ġie meħlus mill-akkużi dwar il-qtil ta’ Rayani.

Waqt l-irvellijiet, tlieta mis-sebat itfal ta’ Gaddafi kienu ġew maqtula. Minn wara r-rivoluzzjoni u t-tneħħija ta’ Gaddafi dan il-pajjiż spiċċa f’diżordni politika kbira b’fazzjonijiet rivali jiġġieldu għall-poter.

Ekonomija

Sport